Call for participation/Appeal letter/mt

From Strategic Planning
Jump to: navigation, search

Please note: this text is ready for translation, but please do not distribute it yet.


Huwa diffiċli biex temmen kif inqas minn għaxar snin ilu l-Wikipedija kienet għadha ma teżistix. Illum il-ġurnata, 330 miljun persuna kull xahar jużaw il-Wikipedija, biex b'hekk saret l-aktar fonti ta' konoxxenza wżata fuq l-internet. Mijiet ta' eluf ta' voluntiera bnew u ġabu 'l quddiem diversi proġetti Wikimedia f'dawn l-aħħar tmien snin.

Anke jekk s'issa irnexxielna nwettqu ħafna, għad baqalna xorta waħda triq twila biex nilħqu l-objettiv tagħna—il-viżjoni ta' dinja fejn kull persuna tista' tipparteċipa liberament fil-qsim tal-għarfien uman kollu. Kif nistgħu nibnu dan is-suċċess biex nirbħu l-isfidi li qegħdin naffrontaw? Inqas minn kwint tal-popolazzjoni dinjija għandha aċċess għall-internet. Anke jekk s'issa kienu mijiet ta' eluf ta' voluntiera li taw daqqa t'id lill-proġetti Wikimedia, dawn ma jirrapreżentawx bi sħiħ id-diversità tad-dinja. Il-ħidma tagħna biex nibnu moviment dinji biex joħloq u jaqsam għarfien ħieles qed iġib quddiemna diversi għażliet.

Qegħdin nagħtu l-ħajja 'l proċess fuq bażi ta' sena biex jiżviluppa pjan strateġiku għall-moviment Wikimedia. Speċifikament, qegħdin nippruvaw nifhmu:

  • Fejn ninsabu issa?
  • Fejn irridu nkunu f'temp ta' ħames snin?
  • Liema triq irridu nieħdu biex naslu?

Għinna biex insibu r-risposti għal dawn id-domandi. Analizzhom, aqsamhom, irrifletti fuq xi jfissru għall-viżjoni u l-valuri tagħna. Hawnhekk hawn ħames modi fejn tista' tgħin:

  • Idħol għamel parti fi grupp ta' ħidma. Qegħdin norganizzaw gruppi ta' ħidma li janalizzaw id-diversi argumenti u jipproduċu serje ta' rakkomandazzjonijiet relatati magħhom. Ipproponi lilek innifsek jew oħloq il-grupp tiegħek.
  • Agħrrafna fuq kif tista' tgħin. Jekk int espert f'waħda mid-dixxiplini li huma involuti f'dan il-proġett, ingħaqad mal-lista tal-esperti. Dan jippermetti lil gruppi ta' ħidma u lil voluntieri oħra biex jikkuntatjawk għal xi mistoqsijiet, liema mistoqsijiet tkun tista' twieġeb għalihom meta ssib il-ħin.
  • Ippubblika l-ideat tiegħek. Ikteb proposta fuq Strategy wiki, għinna biex norganizzaw u ntejjbu l-proposti eżistenti. Esprimi l-ideat tiegħek fuq il-blogg tiegħek, fuq il-lista tal-posta, fuq xi network soċjali bħal Identi.ca, Twitter u Facebook. Għal dawn il-messaġġi uża #wikimedia jew daħħal ħolqa fuq il-wiki tali mod li l-oħrajn jistgħu jaqrawha.
  • Ospita konverżazzjonijiet fuq l-istrateġija. Sabiex jiġi żviluppati pjanijiet tajba, hemm bżonn li tikber aktar il-parteċipazzjoni. M'hemm ebda mod kif il-gruppi ta' ħidma jistgħu jitkellmu ma' kull min għandu ideat fuq il-futur tal-Wikimedia. Hawnhekk fejn inti tista' tagħti daqqa t'id: żomm il-konverżazzjonijiet tiegħek fuq l-istrateġija, personalment jew fuq l-internet, u ppubblika r-riżultati fuq il-wiki relattiva.
  • Kellimna. Agħti r-rispons tiegħek lit-tim tal-istrateġija. Agħtina l-ideat tiegħek, l-aspirazzjonijiet tiegħek, il-biżgħat tiegħek, l-għanijiet tiegħek għal dan il-proġett. Ikteb kummenti u reazzjonijiet fuq Strategy wiki, jew ibgħat ittra elettronika fuq strategyAt sign.svgwikimedia.org.

Jekk ma tistax tipparteċipa f'dan il-proġett, tista' dejjem tħalli donazzjoni biex issostni l-proġetti ta' għarfien ħielsa universali. Għandna bżonn ukoll ta' voluntiera li jikkontribwixxu għall-proġetti, jiżviluppaw it-teknoloġija tagħna u jsostnu xogħolna b'modi oħra.

Dan is-seklu ppreżentalna opportunità sabiħa li nittrasformaw iċ-ċiviltà tagħna u noħolqu opportunitajiet indaqs għal kull bniedem. Nisperaw li inti tingħaqad magħna fil-ħidma għall-firxa tal-għarfien ma' kull persuna tal-pjaneta.

Dejjem tiegħek,
Michael Snow
President tal-Fondazzjoni Wikimedia,
Jimmy Wales
Fundatur tal-Wikipedija u l-Fondazzjoni Wikimedia

Email responder

Grazzi talli bagħttu posta elettronika għat-tim ta' żvilupp tal-istrateġiji tal-Fondazzjoni Wikimedia. L-ittra-e tiegħek waslet u inqrat mill-aktar fis possibbli. Minn hawn u ftit ieħor nikkuntatjaw il-persuni magħżula biex jipparteċipaw fil-gruppi ta' ħidma. Inti liberu li toħloq il-grupp tiegħek, tuża' l-materjal fuq il-wiki dedikata għall-proġett ta' pjanifikazzjoni strateġika (http://strategy.wikimedia.org) u tirrapporta lura l-impressjonijiet u l-pariri tiegħek.

Nagħtuk l-aqwa xewqat, u nirringrazzjawk għall-parteċipazzjoni tiegħek.

Dejjem tiegħek,

Sitenotice

  • Għinna biex nibnu l-futur tal-{{SITENAME}} u l-proġetti sieħba tiegħu!! <a href="http://URL">Aqra l-ittra</a> ta' Michael Snow u Jimmy Wales.

Title

Ittra ta' Michael Snow u Jimmy Wales.

Button

Inkiteb issa!