Call for action/mt
Wikimedia huwa moviment globali ta' voluntiera. Mix-xellug għal-lemin, Wikimedjani mill-Iżvezja, l-Iżrael, l-Iżlanda, iċ-Ċili u New York.
Ninsabu fl-aħħar xahar fl-isforz ambizzjuż tagħna li niżviluppaw f'temp ta' ħames snin pjan strateġiku għall-moviment tal-Wikimedia permezz ta' proċess miftuħ għall-komunità. Matul dawn l-aħħar 11-il xahar, 'il fuq minn elf persuna taw is-sehem dirett tagħhom f'dan il-proċess, li beda bi skambju ta' ideat, u mexa lejn ir-riċerka, deliberazzjoni u rriżulta f'sett ta' prijoritajiet għall-moviment kif ukoll numru kbir ta' ideat fuq kif se jintlaħqu dawn l-għanijiet.
Hekk kif ninsabu lejn tmiem dan il-proċess, l-ikbar sfida quddiemna hi li nattwaw dawn l-ideat. Hawnhekk fuq il-wiki tal-pjanifikazzjoni strateġika tal-Wikimedia, issib lista ta' opportunitajiet ta' azzjoni organizzati madwar il-prijoritajiet li jsostnu. Hawnhekk hawn ftit eżempji:
- żvilupp ta' struttura għal reċensjoni ta' espert ta' kontenut tal-Wikimedia
- bini ta' repożitorju ċentrali għal ħoloq inter-lingwali u dati
- għotja ta' premju annwali għall-aqwa kontenut ta' kwalità
- tnedija ta' kampanja "kun kuraġġjuż" sabiex tistieden nies jikkontribwixxu lejn il-Wikipedija
Il-Wikimedia taħdem minħabba li huma mijiet ta' eluf ta' nies minn madwar id-dinja li jagħmluha taħdem. Jekk irridu naslu sabiex nilħqu l-prijoritajiet tagħna fil-ħames snin li ġejjin, irridu lil kulħadd jipparteċipa.
Biex tibda taħdem f'dawn l-opportunitajiet, mur fil-paġna prinċipali, u jekk għandek xi mistoqsijiet jew ħsibijiet personali, iddiskutihom fil-Pjazza. Inti tista' tipproponi ideat ġodda, tiddiskuti u timmodifika ideat eżistenti, u issieħeb sabiex tieħu azzjoni. Jekk jogħġbok żur l-paġna prinċipali u ngħaqad magħna kollha sabiex tgħinna nwettqu l-viżjoni tagħna: Immaġina dinja fejn kull bniedem jista' jaqsam liberament id-dehen kollu uman. Dan huwa l-għan tagħna.
Grazzi.
Dejjem tagħkom,
|
|